Winamp Logo
Reboot by C.A.O Cover
Reboot by C.A.O Profile

Reboot by C.A.O

Maltese, Fitness / Keep-fit, 1 season, 39 episodes, 20 hours, 25 minutes
About
Kuljum hija opportunità ġdida biex inħossuna dejjem aħjar fiżikamentu u mentalment. Ser nitkellmu ma' esperti u nisimgħu stejjer li ser jagħtuna għodda li nistgħu nużaw biex ngħixu ħajjitna bl-aħjar mod possibbli. Segwi il-paġni u iċ-channels tagħna fuq Spotify, Youtube, Apple Podcasts, Facebook u Instagram.
Episode Artwork

Reboot | Episode 38 ft. Christopher Cassar

Christopher Cassar ilu jistudja snin fil-pajjiżi tal-Asja u l-interess tiegħu kien dejjem it-trattamenti alternativi.   F’dan il-podcast ikellimna fuq ’spinology’ terminoloġija pjuttost ġdida għall pajjiżna. Spina b’saħħitha tiggarantixxi ġisem bilanċjat u b’saħħtu.
10/2/202331 minutes, 45 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 37 ft. Olivia Bilocca

Reboot | Episode 37 ft. Olivia Bilocca by Reboot by C.A.O
9/25/202335 minutes, 53 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 36 ft. Claire Agius Ordway

Din id-darba l-irwoli inbidlu.  Martha Carabott tintervista lil Claire Agius Ordway b’kurżitajiet komuni dwar il-bidla tagħha tul is-snin kemm mentali u kemm fizika.   Għalfejn dejjem tfittex u taqsam dak li titgħallem dwar kif tista tgħix ħajja iktar b’saħħitha? Kif iżżomm il-passjoni f’dak fl-isport u ix-xogħol illi tagħmel.
9/18/202342 minutes, 21 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 35 ft. Clinton Schembri Francalanza

Clinton jisħaq kemm hu importanti li nieħdu ħsieb saqajna kemm fil-ħajja normali u skond it-training li nagħmlu.   Dħalna fid-dettall tal-importanza li nilbsu żraben għal li inkunu qed nagħmlu u għalfejn madwar id-dinja qed jigi popolari il-kunċett ta’ li toqgħod bla żarbun - specjalment fin-natura.
9/11/202330 minutes, 19 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 34 ft. Brenda Muscat

Brenda Muscat hija Strength and Conditioning Coach.   Magħha tkellimna fuq għaliex għandna ninkorporaw training bil-weights.  Bdejna bil-basiku u dħalna sew fid-dettal għalfejn għandna naħdmu biex insaħħu u inkabbru il-muskoli tagħna.  Fehemitna x’jigri ladarba nibdew ninvestu hekk f’saħħitna - għandna kemm ghandna eta.
9/7/202332 minutes, 29 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 33 ft. Henry Zammit

Henry Zammit -  kiber fil-business.  Kiber f’familja għaqlija li dejjem ħadmet ħafna.  Hu tgħallem ħafna minn hemm iżda dejjem kien jixtieq jaqbad triq oħra.   Kienet iebsa għalih biex jitlaq u jibda kollox mill-bidu, iżda f’dan il-podcast jirrakkontalna l-istorja tiegħu u għaliex illum jiddedika ħajtu biex jikber hu u jgħin lil-ħaddiehor jikber ukoll.  Jgħidilna kif m’għandekx taqta qalbek u taħdem ghal-dak li tixtieq.
8/28/202336 minutes, 24 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 32 ft. Christina Grima

Christina Grima hija waħda mill-ewwel atleti li ta’ eta’ zagħzuha lagħabet professjonalment barra minn xtutna. Tirrakkontalna kemm kien żmien diffiċli għaliha imma qatt ma tkellmet għaliex kienet iffukata biex tasal. Tkellimna fuq l-esperjenzi sbieħ fil-karriera tagħha tal-basketball u issa li hi coach u atleta tal-‘functional fitness’.   Tirrakkontalna xi tħoss meta jikkompetu l-atleti tagħha u kif tipprepara ruħha hi meta tkun ser tikkompeti.
8/21/202333 minutes, 45 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 31 ft. Melania Spiteri

Melania Spiteri tkellimna fuq il-konnessjoni bejn l-ikel u is-saħħa mentali.  L-ikel biss ma jfejjaqx iżda għandu influenza qawwija fuq ir-riskji fil-każ ta’ mard kemm mentali kif ukoll fiżiċi.   Niddiskutu ukoll kif kundizzjonijiet kroniċi għandhom konnessjoni ma’ affarijiet li nikkonsmaw u naffaċjaw f’ħajjitna bħal alcohol, ikel, stress u nuqqas to moviment - kollha affarijiet li jistgħu jitrangaw u jinbidlu.
8/14/202332 minutes, 49 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 30 ft. Edward Curmi

Ma Dr.Edward Curmi nitkellmu fuq kif naħsbu. Fuq kif aħna nistgħu nibdlu il-ħsibijiet tagħna.   M’hijiex xi ħaġa li tiġi awtomatikament, imma dejjem irridu naħdmu biex nikkontrollaw il-ħsibijiet tagħna u nitgħallmu nirreaġixxu aħjar għal dak li jiġrilna f’ħajjitna.
8/7/202340 minutes, 40 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 29 ft. Pavla Borg

Pavla Borg tkellimna din id-darba fuq ‘breath work’. ‘Breathwork’ qed jintuża għal-diversi raġunijiet, jgħin fiżikament u mentalment. Inti qed tibdel il-ġisem biex tfejjaq mingħajr ma tieħu ebda sustanza. Il-benefiċċji li għandu in-nifs jekk jintuża b’mod tajjeb huwa inkredibbli. Pavla hija il-persuna li ha tfiehem iktar fuq ‘breathwork’, terapija li ma tiswiek xejn imma tista tibdillek hajtek.
7/31/202335 minutes
Episode Artwork

Reboot | Episode 28 ft. Stephen Sammut Nurminen

Stephen huwa ‘ultra runner’  li dejjem jisfida lilu innifsu billi joħloq sfidi ikbar u iktar diffiċli.   Ikellimna dwar kif jipprepara mentalment u fiżikament għal dawn l-isfidi estremi, il-ġliediet mentali li jkollu waqt dawn l-avventuri u għalkemm ibagħti, għalfejn iħossu twieled għalhekk u iħossu ferhan u komplut meta jipprepara biex dejjem jikseb iktar.
7/24/202330 minutes, 14 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 27 ft. Jon Mallia

Ma’ Jon Mallia esplorajna ħafna suġġetti iżda tlaqna mill-kunċett ta’ kif jibbilanċja podcast li qed jagħmel success, kif isib ħin biex jistrieħ, kif ikampa ma’ ħsibijiet u mumenti stressanti.  X’tgħallem u kif għeleb mumenti ta’ ansjeta u fallimenti. Spjegalna li jixtieq jaħdem inqas u għaliex difficli biex issibu jiddejjaq jaħdem fuq xi haga.  Iddiskutejna l-għodda li juza Jon biex ikompli jikber u jevolvi.
7/17/202343 minutes, 3 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 26 ft. Faye Zammit

Li ssib ħajja iktar sana mhux diffiċili daqs kemm naħsbu. Il-bidu jista' jidher iebes izda mbagħad passi zgħar iwasslu għal stil ta’ ħajja li ħa tgħinna ngħixu ħajja iktar b’saħħitna. Li tħares 'il bogħod kultant tidher triq li ma tispicca qatt iżda f’dan il-podcast ser nisimgħu ideat li kulħadd jista' juża.
7/10/202332 minutes, 9 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 25 ft. Josef Pace

Josef Pace - persuna li ma jiddejjaq xejn jaqsam l-għerf tiegħu.   Jaħdem biex jgħin lil ħafna nies u f’dan il-podcast jaqsam l-għerf u l-esperjenzi tiegħu.  Jirrakkontalna kif minn laqgħat ma nies li għaddejjin minn problemi kbar, isib it-tama.   Jispjegalna kif dejjem niġru wara il-ħin. X’qed tkun il-problema? Miegħu niddiskutu jekk hux qed nitilfu is-sens ta’ x’inhu importanti f’ħajjitna.
7/3/202336 minutes, 52 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 24 ft. Jonathan Shaw

Jonathan Shaw - persuna magħrufa għal irwoli differenti. Ikkrea avvenimenti, mexxa organiżżazjonijiet, kiteb ktieb u persuna mimlija passjoni għal dak kollu li jidħol għalih. Ikellimna fuq kemm hu importanti li tevolvi u tibqa tikber f’dak kollu li tagħmel.  Ikellimna fid-dettall ta kif il-ħsibijiet tagħna jiddeterminaw aħna jirnexxilniex nagħmlu dak li nixtiequ.   Kif inkellmu lilna infusna huwa importanti ħafna u f’dan il-podcast jagħtina ftit ideat ta’ x’ghandna naghmlu.
6/26/202333 minutes
Episode Artwork

Reboot | Episode 23 ft. Yasmin Degorgio

Yasmin Degiorgio tmexxi kumpanija tat-teknoloġija u fl-istess ħin tippromuovi permezz ta business ieħor, kif ngħixu aħjar, iktar sereni u x’nistgħu nużaw f’ħajjitna.   Hija persuna ta’ għerf kbir, temmen ħafna fil-meditazzjoni, yoga u it-tagħlim kollu li jwasslek biex tgħix ħajja aktar trankwilla. Temmen ħafna li aħna għandna dejjem inkunu parti minn komunita’ u ħa tfehemna għalfejn.
6/19/202332 minutes, 37 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 22 ft. Cher Engerer

Cher Engerer psikologa tkellimna fuq Trawma.  X’inhi trawma? Trawma għalik tista ma tfissirx trawma għalija. Tgħidilna kemm din il-kelma qed tiġi użata hażin u għalfejn għandna noqogħodu iktar attenti u nempatizzaw ma min għaddej minn-żmien ħazin.  Izda aħna staqsejna ukoll jekk wieħed jistax ifiq minn trawma.
6/12/202336 minutes, 37 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 21 ft. Matthew Bartolo

Matthew Bartolo, counsellor b’diskussjoni oħra fuq Reboot fuq ‘emotional regulation’. Kif ser nitgħallmu nirreaġixxu għal sitwazzjonijiet li jistgħu ikunu iebsin.  Kif jinbidel moħħna jekk inkunu weġġajna f’xi sitwazzjoni u kif mhux ser nibqgħu naħsbu li kulħadd hazin?   Podcast li ser iġegħlna nifhmu għalfejn nirreaġixxu kif nirreaġixxu
6/5/202332 minutes, 2 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 20 ft. Carolyn Sultana

Carolyn Sultana tfehemna sew l-importanza tal- ’pelvic floor’.  Problemi konnessi mal-pelvic floor huma bosta li jistgħu ixekklu il-kunfidenza u il-kumdita ta’ dak li jkun. Problemi konnessi ma’ inkontinenza u problemi sesswali fost oħrajn.  Izda hemm ħafna affarijiet li wieħed jista jagħmel biex jieħu ħsieb saħħtu.
5/29/202330 minutes, 52 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 19 ft. Mark Piscopo

Mark Piscopo - Councilling and Sport Psychologist jidħol fid-dettall ta’ kif nibnu resilienza fl-isport. Għaliex il-moħħ jipprova iwaqqafna u ġieli jibgħatilna messaġġi biex niefqu u kif insibu il-motivazzjoni biex inkunu iktar iddixxiplanati u nibqgħu għaddejjin biex insiru iktar b’saħħitna.
5/22/202331 minutes, 47 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 18 ft. Lisa Martin

Lisa Martin hija functional Medicine Health Coach u ser tispjegalna iktar x’inhi din it-terminoloġija li qed nisimgħu iktar spiss li hija ‘functional medicine’. Meta hemm bżonn il-mediċina din ser tagħmel xogħola sew imma kif nistgħu ngħinu iktar bl-ikel. Is-sintomi li nħossu huma riżultat ta’ xi ħaġa li hemm bżonn tiġi investigata sew, għalhekk bil-‘functional medicine’ qatt ma hemm formola waħda ghal kulhadd.
5/15/202330 minutes, 49 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 17 ft.Neil Agius

Dan il-podcast hija diskussjoni dettaljata fejn Neil jirrakkontalna kull tellieqa s’issa.   Il-mumenti iebsin, x’ġegħlu jibqa għaddej, meta ma fehemx kemm ried ikun dedikat u għalfejn issa iddecieda li jgħum ghal 100 mil.   Nisimgħu sew ghalfejn Neil jidhol ghal sfidi kbar bħal dawn.
5/8/202337 minutes, 36 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 16 ft. Andrew Azzopardi

Profs Andrew Azzopardi - speaker uniku li kellimna fuq kif minħabba il-ħajja li qed ngħixu qed inbagħtu iktar is-solitudni.   Is-solitudni illum m’hiex xi ħaga marbuta ma’ nies ikbar fl-eta.  Ir-riċerka li ssir qed turi li qed ningħalqu iktar fina infusa u qed nitilfu mill-kuntatt uman.  kif ser nagħmlu biex innaqqsu din l-emozzjoni?
5/1/202340 minutes, 56 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 15 ft. Angele Muscat

Minn aħbar tal-biza, Angele ma aċċettattx li toqgħod għall-aħbar iżda riedet tipprova il-possibilitajiet kollha. Bdiet tistudja il-‘manifestation’, terminu li qed nisimgħu ħafna illum il-gurnata. Mhux talli ipprovat manifestation għaliha iżda illum hija esperta u tgħin lil ħaddiehor jikseb dak li jixtieq.
4/24/202335 minutes, 45 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 14 ft. Denise Grixti

Denise Grixti - hija personal trainer u studjat apposta l-ormoni u kif jistgħu itellfu milli il-ġisem jimxi kif suppost. Fi training, biex insegwu dieti partikolari jekk l-ormoni mhux qed jaħdmu sew mintix ser tara progress, kemm jekk int mara jew raħel.   Denise tkellimna fid-dettall fuq x’għandu isir biex tibqa tara riżultati tajbin anke jekk għaddej minn ċertu tibdil fisjologiku
4/17/202328 minutes, 51 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 13 ft. Pavla Borg

F’dan il-podcast Pavla Borg - Health Coach tispjegalna fuq il-benefiċċji tal-‘cold showers’.  Terminu li qed nisimgħu ħafna illum il-ġurnata. Il-benefiċċji huma hafna. F’dan il-podcast nibdew nifhmu ftit għaliex u kif ftit sekondi taħt l-ilma kiesaħ kuljum ser jibdlulna ħajjitna kemm fiżikament u mentalment.
4/10/202328 minutes, 40 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 12 ft. Matthew Paris

Matthew Paris ikellimna fuq is-saħħa mentali.  Matthew għandu kundizzjoni hu iżda għazel illi jistudja u jgħin lil ħaddiehor professjonalment.   Għalkemm ta’ eta’ zgħira, Matthew ikellimna b’esperjenza kbira fuq kif nitgħallmu nużaw għodda biex negħlbu id-diffikultajiet tagħna, fuq kif nagħmlu l-ewwel pass biex insibu l-għajnuna forst affarijiet ohra.
4/3/202329 minutes, 34 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 11 ft. Wayne Pace

Wayne Pace jghidilna kif beda ihobb u jiprattika ir-Wrestling. Iltaqgha ma nies kbar, isiefer spiss minhabba ix-xows izda bniedem iddixxiplinat u ma jaqtax qalbu. Wayne jirrakkontalna kemm hu difficli biex tahdem f’dan l-isport imma il-passjoni izzomu hemm.
3/27/202327 minutes, 34 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 10 ft. Claire Cassar

Dr. Claire Cassar ser tgħidilna għaliex iddeċidiet li tibdel il-karriera tagħha.   Minn karriera ta’ suċċess bdiet il-business tagħha fil-marketing.  Dr. Cassar tkellimna fuq kif tibqa tikber billi issib x’jagħmlek kuntent fil-ħajja.   Tgħidilna kif tibbilanċja bejn ix-xogħol u ħin biex tirrilassa.  Tkellimna fuq l-importanza li nibbilanċjaw biex nibqgħu sani u kif nitghalmu inkunu iktar produttivi f’inqas hin.
3/20/202329 minutes, 20 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 9 Ft. Andrew Farrugia

Andrew Farrugia - ex-sprinter imma illum magħruf għal dak li jaqsam fuq is-social media fuq fitness u l-ikel. Andrew ifehemna fuq id-dixxiplina kontinwa, il-konsistenza u meta għandek tibbilanċja. Jagħtina ideat prattiċi ta’ kif wieħed ikun iffokat biex ikun b’saħħtu permezz tal-ikel u tal-fitness
3/13/202325 minutes, 8 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 8 Ft. Andrew Hogg

Andrew Hogg - kellimna bħala ex-player internazzjonali u kif mill-karriera ta’ suċċess tiegħu kompla jistudja il-psikoloġija.   Jghidilna kif għaqqad dawn iż-żewg passjonijiet flimkien.  Ifehemna kif tista tegħeleb mumenti ta’dubji biex tagħti l-ahjar prestazzjoni fl-isport imma anke f’sitwazzjonijiet oħra.
3/6/202327 minutes, 23 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 7 Ft. Ken Attard

Ken Attard, Mindset coach, jispjegalna kif l-affarijiet jiġrulna f’ħajjitna, iżda huwa kif inħarsu u nirreaġixxu għas sitwazzjoni hi li tagħmel id-differenza! Kemm hu importanti li nitgħallmu inħobbu u napprezzaw lilna infusna? Jispjegalna kif kull azzjoni li nieħdu, għalkemm ġieli ma tkunx ta’ benefiċċju għalina nagħmluha għax qed naħsbu li qed nieħdu xi tip ta’ ġid minnha! Kif ghandna bzonn nieqfu f’hajjitna biex ngħiixu il-ħajja li għandna iktar b’serenita u issarraf fis-suċċess li nixtiequ!
2/27/202331 minutes, 25 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 6 Ft. Adrian Casha

Kif tirreaġixxi f’sitwazzjoni iebsa f’ħajtek. Adrian Casha, ex-Referee u sportiv li ha aħbar iebsa ta’ eta zgħira. X’kienu il-ħsibijiet tieghu meta minn ħajja attiva ferm, qalulu li ħajtu ser tinbidel kompletament? Affarijiet f’ħajjitna jiġrulna imma kif għandna nirreaġixxu għalihom?
2/20/202327 minutes, 40 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 5 Ft. Santina Camilleri

Ma' Santina Camilleri nitkellmu dwar l-addictions.   Qed nużaw iktar sustanzi, iktar alcohol, logħob, xogħol u affarijiet oħra biex naħarbu mir-realta? Qed ngħixu ħajja wisq stressanti u qed nipprovaw infittxu is-serenità f’affarijiet li fl-aħħar mill-aħħar ma jagħtuna xejn. Minn fejn nistghu nibdew biex noħorgu mill-vizzji li qed jeqirduna?
2/13/202329 minutes, 31 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 4 Ft. Sebastian Debono

Sebastian Debono - imprenditur ta’ kumpanija kbira lokali, iżda f’dawn l-aħħar snin kien hemm bidla kbira fih fiżikament u mentalment.   Dan għaliex minn training normali ftit darbiet f’gimgħa, Seb beda jitrenja iktar bis-serjeta u ha sehem f’avvenimenti li ma jagħmlux il-massa.   Jirrakkontalna kif isib il-ħin għal familja, it-training u anke’ il-business.
2/6/202323 minutes, 48 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 3 Ft. Matthew Bartolo

Ghalfejn relazzjoni ma tahdimx? Ma Matthew tkellimna fuq relazzjonijiet. Qed nafdaw ftit wisq biex nidhlu f’relazzjoni? Ghalfejn la darba nispiccaw minn relazzjoni kulhadd qed jghid li il-partner narcissist? X'effett qed ikollhom fuq il-psyche taghna id-‘dating apps’? Jekk tkun f’relazzjoni x’jigri jekk tingibed lejn haddiehor?
1/30/202325 minutes, 45 seconds
Episode Artwork

Reboot | Episode 2 ft. Romi Galea

Romi Galea - X’jigri jekk ma tiekolx bizzejjed? Ma Romi nitkellmu dwar id-dieti differenti, dwar l-ikel li jghina biex insiru aktar b’sahhitna, dwar vitamini u supplements li jistghu jghinu. Tfehemna x’jigri jekk xi hadd irid inaqqas fil-piz jaghmel dieta estrema biex jara rizultati malar. Dieta mhiex ricetta wahda ghal kulhadd izda skond is-size, l-eta, xi sport tipprattika u affarijiet ohra? Diskussjoni dettaljata ma Romi Galea Sport Scientist u Nutritionist
1/23/202325 minutes, 57 seconds
Episode Artwork

REBOOT | Episode 1 ft. Dr. Edward Curmi

Li tkun ferħan huwa faċli? U x’inhuma l-affarijiet li wieħed jista’ jagħmel biex ikun iżjed kuntent? Segwi d-diskursata bejn Claire Agius Ordway u l-psikologu Dr. Edward Curmi, fejn jiddiskutu l-kuntentizza tal-bniedem, minn fejn din tigi, u x’tista’ tagħmel fil-ħajja ta’ kuljum biex inti tkun iktar ferħan.
1/16/202328 minutes, 45 seconds
Episode Artwork

REBOOT by C.A.O - Episode 1 Teaser

REBOOT by C.A.O - Episode 1 Teaser by Reboot by C.A.O
1/11/202340 seconds